L-Orizzont

L-aktar haga pożittiva mill-kuncert kollu…kien il-Concertino ghall-flawt ta’ Cecile Chaminade li daqqet Laura Falzon. Dil-muzicista ghandha kontroll fuq in-nifs u desterità tas-swaba li jaghtuha spazju mhux ftit halli tirraffina fl-espressività tad-daqq taghha…il-partitura brillanti u t-tiżwiq ta’ kuluri jiswew mhux ftit bhala preludju ghal kadenza tassew eleganti. Post fejn il-flawtista setghet turi ftit x’taf.